Int wieħed jew waħda minn dawk li għandhom charger tal-Apple li mhux propja tal-Apple?
Attenti! 99% ta’ dawn iċ-chargers ma jgħaddux minn eżami bażiku tas-sigurtà. Ditta speċjalista f’dawk li jissejħu Trading Standards, bl-isema ta’ UL, kienet ikkummissjonata biex twettaq dawn it-testijiet, qalet li ħafna drabi dawn iċ-chargers jinxtraw online minn entitajiet mhux magħrufa. Jeżistu aktar minn 400 charger ta’ dan it-tip li m’għandhomx biżżejjed insulazzjoni biex ikunu protetti kontra xokkijiet tal-elettriku.
L-istudju sar wara li Apple stess ilmentat dwar in-numru ta’ chargers foloz li qed jibiegħu fuq is-sit Amazon. F’Ottubru Apple ħabbret li se tfittex bejjiegħ li qed iqiegħed lill-klijenti fil-periklu billi jbiegħu power adapters li taħsibhom tal-Apple.
Biex skopriet dak li qed issejjaħlu periklu, l-kumpanija UL applikat voltage għoli lil chargers mixtrija minn tmien pajjiżi differenti, inkluż l-Amerka, iċ-Ċina u l-Awstralja.
Ir-riżultati juru li l-periklu jista’ jkun serju tant li jkun ta’ theddida għall-ħajja.
Xorta se jibqgħu dawk li huma xettiċi: wara kollox chargers foloz huma irħas u Apple għandha interessi twissi kontrihom. Madanakollu, jekk se tqabbad il-mobile ma’ charger falz, oqod attent!