Jekk int resident u qed jinkwetawk dawk l-imwejjed u siġġijiet li jitpoġġew fi spazju ta’ parkeġġ meta tmur tieħu xi kafè fil-lokalità tiegħek għax ma tkunx tista’ ssib post fejn tipparkja, mela jaf ikun li sabulek solluzzjoni. Dan hekk kif l-Bicycle Advocacy Group qed jissuġġerixxi li wieħed għandu jivvjaġġa bir-rota, fejn qed jipproponu din is-solluzzjoni għall-problema ta’ parkeġġ f’diversi lokalitajiet.
Il-Grupp sostna li jekk negozji jippromwovu din l-għażla f’att ta’ vvjaġġar, mijjiet ta’ spazji ta’ parkeġġ jibqgħu vakanti. Dan ifisser li persuni li jivvjaġġaw bir-rota jkunu jistgħu jipparkjaw fi spazju wieħed, spazju li jiflaħ aktar minn rota waħda, u b’hekk jonqsu l-karozzi u jiżdiedu l-ispazji tal-parkeġġ għal sewwieqa oħra.
Huma qalu li din l-inizjattiva taf tgħin saħansitra lin-negozji f’att ta’ żieda fix-xogħol, dan hekk kif lokalitajiet li jaddattaw għal din il-bidla jkollhom nuqqas ta’ vetturi fit-triq u b’hekk ikunu lokalitajiet li wieħed jieħu gost aktar jgħix fihom hekk kif in-nies jiddependu inqas fuq il-karozza u jsiru lokalitajiet li wieħed jippreferi jżur.