Samantha Azzopardi ta’ tmienja u għoxrin sena, Awstraljana minn Sydney ta’ dixxendenza Maltija, ammettiet l-akkużi ta’ frodi wara li għamlet tabirruħha tifla tal-iskola.
Dan f’Qorti f’Hornsby fl-Awstralja nhar il-Ħamis, fejn wieġbet ħatja għall-erba’ akkużi fejn b’qerq kisbet vantaġġ finanzjarju.