Il-Qorti ordnat lill-importatur tal-karozzi biex jirrifondi lix-xerrejja €17,200, li ħallset għall-karozza u għar-reġistrazzjoni tagħha u mill-ewwel bdiet tesperjenza ħsarat strambi fil-karozza.
Wara ftit li xtrat il-karozza bdew diversi ħsarat fost oħrajn ma baqax jaħdem ir-radju, il-bumper beda jagħmel ħsejjes kbar u l-isteering żviluppatlu ħsara fost oħrajn.
Intqal li minkejja li saru t-tiswijiet xorta baqa’ jkun hemm difetti fil-karozza.
Il-kumpanija sostniet li għamlet kulma setgħet biex tikkuntenta lix-xerrejja u saħansitra qalet li biddlet parts meta kulma kien hemm bżonn kien li jsiru sempliċi aġġustamenti.
L-Imħallef Grazio Mercieca qal li min jixtri karozza ġdida ma jistenniex li joqgħod ġej u sejjer għand il-mekkanik.