Għamilt dak li qaltli hi.
Hekk stqarr fl-interogazzjoni, Michael Emmanuel mill-kosta tal-Avorju li jinsab għaddej ġuri mixli li fega lis-sieħba tiegħu Maria Lourdes Agius, f’Settembru tas-sena li għaddiet f’Raħal Ġdid.
Fil-ġuri quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera xehed l-ispettur James Grech u ta dettalji ta’ x’qallu l-akkuzat fl-Interogazzjoni. Xehed li fil-bidu, Emmanuel beda jgħid li ma jafx kif inqatlet Maria Lourdes, u li ma kellux xi jgħid. Irrakkonta episodju meta fi Frar tas-sena li għaddiet l-akkużat mar id-dar u sab lil omm ta’ sebat itfal tiġġieled ma’ ommha.
Wara, marret fuq is-sodda u qatlu li se torqod u biex iħalliha fil-paċi. Ftit tal-ħin wara, bintha ta’ tliet snin bdiet tgħajjat u tgħid li ommha mejta. Iżda sagħtejn wara, Emanuel biddel il-verzjoni u qal lill-ispettur li se jgħid il-verità u se jirrakkunatlu dak li ġara fil-lejl li nqatlet is-sieħba tiegħu. Qal li Maria Lourdes qamet fis-sagħtejn ta’ filgħodu, sabet kurċifiss u b’referenza għal Alla qaltlu, “Missierek, tak mara.”
Żied li wara poġġiet is-salib fuq għonqha u qalet lill-akkużat biex jagħfsu magħha. Emmanuel għafas bil-mod fuq il-kurċifiss, imma Maria Lourdes ma reġgħetx qamet. “Bdejt nibża’. Bdiet tgħid xi ħaġa u għattiet wiċċha b’liżar. Kompliet titħabat ftit ieħor u mietet,” Iddikjara l-akkużat waqt l-interrogazzjoni.
Emmanuel qal li Maria Lourdes kienet tħobbu ħafna.Qal li f’dak il-lejl kienet qaltlu li t-tarbija z-zgħira ma kinitx minn tiegħu. Qaltu li kienet taf li sar iħobb mara oħra minn Marsaxlokk u kienet tħoss li hija ostaklu għalih. L-ispettur xehed li r-relazzjoni bejn l-akkużat u l-vittma bdiet f’appartament li kellu l-akkużat f’San Ġiljan.
Għal bidu hija qaltlu li biex ikollhom x’jaqsmu flimkien ried iħallasha. Iżda wara nġibdu lejn xulxin u bdiet relazzjoni bejniethom lii minnha twieldu żewġt itfal. Fl-interrogazzjoni, Emmanuel qal li lejn l-aħħar, is-sieħba tiegħu kienet inbidlet u ma kinitx qiegħda tagħti kas lit-tfal.