F’messaġġ fuq Facebook permezz ta’ video, għalliema u studenti mill-Iskola Primarja ta’ Birżebbuġa u mill-Kulleġġ San Benedittu għamlu messaġġ ta’ tama u kuraġġ għal dawk li jindsabu waħidhom nhar Ħadd il-Għid, f’dan iż-żmien iebes tal-Coronavirus.
F’dan il-messaġġ, l-istudenti flimkien mal-għalliema tagħhom għamlu messaġġ ta’ tama u kuraġġ lil dawk l-anzjani u nies li jinsabu waħidhom fil-ġurnata ta’ Ħadd il-Għid. Qalu kif f’dan iż-żmien kulħadd għandu jgħin u jirrispetta lil xulxin billi jibqa’ f’daru.