Għalliema u studenti li f’dawn l-aħħar jien vjaġġaw lejn seba’ pajjiżi differenti li ntlaqtu mill-Coronavirus għandhom jagħmlu 14-il jum id-dar.
Qal dan il-Ministeru għall-edukazzjoni u x-xogħol fi stqarrija relatata mat-tifqiegħa tal-Coronavirus fl-Ewropa.
Fil-fatt l-istqarrija tgħid kif għalliema, ħaddiema fl-iskejjel u studenti li vjaġġaw lejn iċ-Ċina, Singapor, Hong Kong, il-Ġappun, il-Korea t’Isfel, l-Iran u l-Italja speċifikament fir-reġjuni ta’ Emilia-Romagna, Lombardija, Piedmonte, Veneto.
L-istqarrija li ħarġet ukoll taħt struzzjonijiet mill-Ministeru tas-Saħħa qalet li jekk f’dawn l-14-il jum l-individwu/i jiżviluppaw sintomi ta’ deni, sogħla u qtugħ ta’ nifs għandhom iċemplu lid-Dipartiment għal-protezzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-Mard fi ħdan is-Supretendenza għas-Saħħa Pubblika.
Individwi li għandhom bżonn għajnuna jew aktar kjarifika għandhom iċemplu lit-tabib tal-familja (GP). Ma’ dan, qiegħed jiġi mitlub li l-pubbliku m’għandux imur fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew l-Emerġenza imma għandu jċempel littabib tal-familja (GP) jekk jiżviluppa sintomi msemmija hawn fuq.
Impjegat li vjaġġa f’dawn il-pajjiżi għandu javża bit-telefon lis-superjur tiegħu li huwa se jibqa’ d-dar għal dawn ilġranet stipulati minħabba din ir-raġuni. L-impjegat se jkun skużat wara li jkun ppreżenta l-evidenza ta’ safar metajidħol lura x-xogħol.
Qiegħed jiġi rakkomandat ukoll biex min se jivvaġġa lejn dawn il-pajjiżi fejn qiegħed jiġi preżunt li hemm trassmissjoni tal-COVID-19 ibbażat fuq evidenza mogħtija mill-ECDC (European Centre for Disease Prevention
and Control) għandu jevita kemm jista’ jkun li jagħmel dan.
Importanti li jiġu segwiti f’kull ħin l-istruzzjonijiet ta’ iġene bażika kif spjegat fl-istqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa.
Sadanittant, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol se jkun qiegħed jaġġorna lill-iskejjel u istituzzjonijiet edukattvi minn ħin għal ħin skont id-direzzjoni tal-Ministeru tas-Saħħa.