Għalliema fi skola fi New York ġiet arrestata talli allegatament, laqqmet student bil-vaċċin kontra l-Covid-19 mingħajr ma għandha ebda kwalifikazzjoni medika.
Il-Pulizija qalu li Laura Russo tat id-doża tal-vaċċin fid-dar tagħha stess minkejja li m’għandha l-ebda awtorizzazzjoni legali biex tlaqqam lin-nies, u lanqas kellha kunsens mill-ġenituri tat-tifel f’dan il-każ.
L-għalliema, li għandha erbgħa u ħamsin sena u tgħallem il-bijoloġija, ġiet arrestat lejlet l-Ewwel tas-Sena u tista’ taffaċċja sa erba’ snin ħabs jekk tinstab ħatja.
Qed ikun irrapportat li ż-żagħżugħ ta’ sbatax-il sena ried jieħu l-vaċċin.
Il-midja internazzjonali rrappurtat li t-tilqim jista’ jkun perikoluż jekk ma jingħatax kif suppost. Fost l-oħrajn, it-tobba u ħaddiema mediċi liċenzjati jridu jivverifikaw li vaċċin ma jkunx skadut qabel jingħata. Il-pazjenti għandhom jiġu mistoqsija dwar l-istorja medika tagħhom u anki jiġu ssorveljati wara li jiġu mlaqqma f’każ li jkollhom xi reazzjoni għall-vaċċin.