Il-Qorti tal-appell ikkonfermat is-sentenza fil-konfront ta’ Vincent Carabott wara li xi snin ilu kien ittieħeħidlu l-warrant t’għalliem b’mod permanenti. Dan seħħ wara li f’Ottubru tal-2015 kien instab ħati li hedded imħallef u dakinhar kien ġie kkundannat sentenza sospiża ta’ ħabs flimkien ma’ multa ta’ €1,200. Dakinhar Carabott kien għaddej minn proċeduri ta’ separazzjoni, meta waqt seduta fil-Qorti Ċivili tawwal ilsienu u għamel għal ġudikant li kienet qed tippresedji s-seduta. Huwa għamel dan wara li waqt kawża ta’ separazzjoni martu talbet sabiex ir-raġel jiġi żgumbrat mid-dar.
Ir-raġel kien ġie mgħarraf li tilef il-warrant ta’ għalliem mill-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema bil-Qorti tal-appell ċaħdet it-talba tiegħu wara li kkunsidrat li huwa wettaq reat u li tneħħietlu l-warrant fuq ordni tal-Qorti u mhux tal-Ministru għall-Edukazzjoni.
Carabott ġie ordnat ukoll iħallas l-ispejjeż kollha relatata mal-Qorti.