Żewġ Kuntratturi, Perit u Żviluppatur tal-proprjetà tressqu l-Qorti b’rabta mat-tiġrif ta’ binja ta’ erba’ sulari fil-Mellieħa fl-2019.
Il-Perit Anthony Fenech Vella ta’ 72 sena, l-Iżviluppatur Godwin Mifsud ta’ 64 sena u l-kuntratturi Bartholomew Micallef u Joseph Gatt, it-tnejn ta’ 50 sena, dehru quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea t-Tnejn b’akkużi li weġġgħu ħafif lil anzjana residenta fil-binja, kif ukoll li bin-negliġenza tagħhom ikkawżaw danni fuq erba’ residenti.
Il-binja ġġarrfet għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu tat-tmienja ta’ Ġunju 2019 waqt li kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni fil-viċin.
Il-każ se jkompli jinstema’ f’Ottubru.