Il-Partit Nazzjonalista, din id-darba permezz ta’ Christine Amaira, eks ġurnalista tan-NET u t-Times u uffiċjal fi ħdan it-tim tal-komunikazzjoni tal-istess partit, li tkun ġurnalist “tas-Super ONE” huwa diżunur.
Dan meta f’artiklu t’opinjoni fuq it-Times, hija attakkat lill-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard għax skontha qed juża l-istess messaġġ ta’ meta kien ġurnalist mal-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE.
B’reazzjoni għal dan il-kliem, kienu bosta Ministri u deputati tal-Gvern, li fil-passat kienu saħanistrat ġurnalisti, ma’ dak iż-żmien is-Super ONE u li tennew, kif għal Partit Nazzjonalista li tkun ma’ dan l-istazzjon jaħsbu li huwa xi diżunur.
Fost dawn hemm il-Ministri Jonathan Attard, Miriam Dalli u Julia Farrugia u s-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield, u d-Deputati Amanda Spiteri Grech, Ramona Attard u Rosianne Cutajar.
Huma saħqu kif għalihom ma hi kritika xejn, u kburin minn fejn bdew, kburin li kienu ġurnalisti fil-kamra tal-aħbarijiet li waslet għall-akbar rebħ elettorali biex pajjiżna jkollu l-Gvern li jixraqlu. Fuq kollox kburin li telgħu tarġa tarġa!
F’dan il-mument anke wrew solidarjetà mal-ġurnalisti jew reporters tal-istess Partit Nazzjonalista li qed ibatu l-konsegwenza ta’ Partit fallut.
Aqra wkoll: