Għall-Isle of MTV ma tistax tieħu dawn l-oġġetti:
- Fliexken tal-ħġieġ, inkluż tal-fwieħa
- Alkoħol jekk għandek taħt is-17-il sena
- Armi, inkluż oġġetti bil-ponta, screw drivers, siringi u mqass
- Sustanzi llegali
- Drones
- Logħob tan-nar
- Apparat professjonali li jirrekordja l-ħoss jew il-viżwal
- Bnadar bil-lasti
- Laser pens
Dawn id-dettalji ħarġuhom l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hekk kif erbat’ijiem oħra ssir l-għaxar edizzjoni tal-Isle of MTV f’pajjiżna, fil-Furjana.
Il-kunċert se jibda fit-tlieta ta’ wara nofsinhar u se jipparteċipaw Jess Glynne, Wiz Khalifa, Clean Bandit u Steve Aoki fost oħrajn.
Għalkemm iz-zona se tkun mdawra bi gradi, m’hemmx bżonn biljetti jew bookings bil-quddiem. Kull min jattendi jrid jissottometti ruħu għal tfittxija fl-basket, għalhekk min jattendi huwa mħeġġeġ kemm jista’ jkun inaqqas l-affarijiet li jieħu miegħu.
Transport Malta ħeġġet l-użu tat-trasport pubbliku. Se jkun hemm servizz ta’ tal-linja speċjali bejn it-28 u d-29 ta’ Ġunju, għall-prezz ta’ €3.00. B’Tallinja card, il-prezz huwa ta’ €2.50.