“Sfortunatament erġajna assistejna għal xi ħaga li ma nkunu rridu qatt nassistu …ilbieraħ waqt logħba tal-kampjonat femminili, din il-persuna għamlet xejn anqas min tmien punti f’wiċċha”.
Hekk kiteb fuq Facebook Antvin Monsigneur, wiċċ familjari max-xena sportiva hawn Malta, b’referenza għal inċident li ġralhal-player Cassie Camilleri.
“Kulħadd jista’ jweġġa’ waqt logħba football” spjega l-ġurnalist sportiv, pero ilmenta dwar in-nuqqas ta’ assistenza medika. Spjega li din il-persuna ittieħdet għall-kura medika permezz ta’ persuna li kienet qeda tara il-logħba, bil-karozza personali tagħha”.
“Għall-mitt miljun darba, qed ngħamel appell qabel imut xi ħadd fil-ground” sostna Monseigneur, u żied jikteb “wake up before it’s too late”.
Hawn appella lill-players, coaches u dawk kollha involuti, u qalilhom “ħudu stand u tibqgħux tipperikolaw ħajjitkom. L-assistenza medika fil-ground huwa sagrosant…meta ma jkunx hemm assistenza, oħorgu barra mill-ground u qabel tiġi l-assistenza medika tilgħabux. Qed tilgħabu ma ħajjitkom u xejn anqas”.
Fl-aħħar appella: “ġenituri tal-players…intom daqs tant responsabbli”.