Charlene Gatt ta’ 35 sena ngħatat is-sentenza ta’ seba’ xhur ħabs wara li nsabet ħatja b’diversi akkużi, fosthom li tat informazzjoni u dettalji foloz lill-Pulizija u li kienet qed titlajja għall-prostetuzzjoni.
Il-każ ġara fil-Gżira u l-Marsa fid-9 u fis-16 t’April li għadda.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Fredndo rat kif Gatt wettqet dawn l-akkużi waqt il-perjodu li kienet taħt ordni ta’ probation.
F’każ separat Gatt ġiet akkużata wkolll li fl-elfejn u tmintax kienet ressqet il-Qorti talli tat daqqa ta’ martell tal-laħam lill-ġara u lit-tifel tagħha.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Godwin Scerri.