Tliet snin u għaxar xhur ħabs għal Charles Spiteri hekk kif instab ħati li pprova jisraq minn fabbrika.
Fil-Qorti nstema kif hu pprova jisraq minn fabbrika fil-Qasam Industrijali ta’ Kordin, iżda kollox spiċċa fix-xejn wara li nqabad mis-sid u missieru.
Apparti li pprova jisraq mill-fabbrika, Spiteri kien akkużat li għamel ħsara fil-fabbrika u kien riċediv.
Fix-xhieda tiegħu, l-akkużat qal li waqt li kien sejjer lejn il-pjazza ta’ Raħal Ġdid, sema xi krib fil-fabbrika u mar jara x’ġara.
Dan filwaqt li sid il-fabbrika kien qal li li nnota li kien qed isir is-serq mill-fabbrika u beda jagħmel l-għassa.