Illum 24 ta’ Marzu 2018 infetħu għall-ewwel darba għall-pubbliku, iċ-ċisterni fil-Belt Valletta.
Dawn iċ-ċisterni jmorru lura għal żmien il-bini tal-Belt Valletta fl-1566.
Ic-chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef wera s-sodisfazzjoni tiegħu għal dan il-proġett ewlieni fil-programm kulturali bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena speċjali għall-kapitali Maltija.