Wara snin ta’ battalji kontinwi il-ħakkiema tagħha ma kienux jirrikonoxxu l-ħelsien tagħha, illum Joanne Sciberras Edwards qed tiċċelebra s-seba’ anniversarju ma’ żewġha.
Din is-sena l-anniversarju ġab miegħu imħabba kbira fil-forma ta’ Ben. Ben huwa tfajjel Indjan ta’ 4 snin li nġieb fil-familja ta’ Joanne u Kurstin ftit tal-ġimgħat ilu.
“Tkun eċitata fhimt. U meta ħareġ mill-kamra tal-orphanage u l-kbira tal-home qaltlu l-mama u l-papa mill-ewwel fetaħ idejh u ġie jintrefa’ fuqi. Kienet xi ħaġa emozzjonanti. Kellimtni seba’ snin ilu jiena kont mingħajr identità, illum il-ġurnata għandi familja.”
Joanne kienet ħalfet li wara s-snin tiela’ u nieżla l-qorti biex tibdel l-identità, ma terġax tirfes l-għatba tal-qorti. Ħalfa li issa kisret minħabba Ben.
“Jien kont għidt li ma nixtieqx nerġa’ nidħol il-qorti imma kelli nerġa’ ngħaddi mill-qorti minħabba dan l-anġlu. Bżajt ngħid il-verità għax l-Indja, huwa pajjiż differenti minn Malta allura tibda tgħid, x’ħa jgħidulek, x’ħa jkun ġej fuqek. Tibża’ għax jien ma rrid naħbi xejn mill-passat tiegħi.”
Joanne spjegat ukoll kif l-Aġenzija Tama kienet ta’ wens tul il-proċess kollu. U minkejja li ilu biss ftit ġimgħat hawn Malta, Ben diġà beda jissaħħar wara lsienna.
“Ħobbok. Għidilha iva – iva. Niekol – niekol. Nixrob – nixrob.”