Il-popolazzjoni f’pajjiżna tgħodd għal 519,562 persuna.
Dan ifisser li meta mqabbel mal-aħħar ċensiment, jiġifieri dak tal-2011, kien hemm żieda ta’ madwar kwart fil-popolazzjoni.
Meta tieħu r-riżultat taċ-ċensiment ta’ mitt sena ilu, jiġifieri dak tal-1921, il-popoluzzjoni Maltija żdiedet b’darbtejn u nofs.
Dan ħareġ skont riżultati preliminari taċ-ċensiment, li sar fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra u li ġie ppubblikat it-Tnejn filgħodu.
F’dan ir-riżultat preliminari taċ-ċensiment ħareġ kif fin-naħa ta’ fuq ta’ pajjiżna hemm il-maġġoranza tal-popolazzjoni Maltija.
Dan hekk kif terz tal-popolazzjoni Maltija tgħix fit-Tramuntana ta’ Malta
Dan filwaqt li fin-naħa ta’ isfel żdiedet ukoll, iżda b’rata ħafna inqas minn dak li ġara fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiżna.
Mill-aħħar ċensiment l’ hawn, Birkirkara m’għadiex l-akbar lokalita f’pajjiżna. Dan hekk kif l-akbar lokalita f’Malta saret San Pawl il-Baħar. Dan filwaqt li l-Mosta tinsab fit-tielet post.
Fi tmien lokalitajiet f’pajjiżna kien hemm nuqqas fil-popolazzjoni.
Fost dawn hemm l-Imdina, l-Isla, Santa Luċija, Bormla u l-Belt Valletta.
Fi żmien għaxar snin, Tas-Sliema ħa post l-Isla bħala l-aktar lokalita dens f’pajjiżna.
In-numru ta’ barranin li jgħixu hawn Malta hija ta’ 115,449 persuna u l-aktar lokalitajiet fejn jgħixu huma f’San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema u l-Imsida.
Dwar is-sessi kien hemm żieda fiż-żewġ sessi, iżda għall-ewwel darba hawn iżjed irġiel jgħixu f’pajjiżna milli nisa. Dan hekk l-irġiel jgħoddu għal 52%, waqt li n-nisa jgħoddu għal 48%.
Il-medja tal-eta tal-popolazzjoni f’Malta hija ta’ 41.7 snin. Meta mqabbla mal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea, pajjiżna huwa relattivament żagħżugħ meta mqabbel mal-istati membri tal-Unjoni Ewropea.
Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u Uffiċjal taċ-Ċensiment, Etienne Caruana spjega li biex sar dan iċ-ċensiment kien hemm diversi sfidi, minħabba l-pandemija globali.
Ġie spjegat kif iċ-ċensiment li sar is-sena li għaddiet, beda lura fl-elfejn u tmintax, hekk kif saru studji pilota dwar kif se jkun qed isir dan iċ-ċensiment. Dan filwaqt li ġie ffurmat it-tim taċ-ċensiment u saret konsultazzjoni pubblika.
Dan il-proċess ta’ lok sabiex inbiddlu xi affarijiet u s-sistema li kellha ssir sabiex inġabret l-informazzjoni.
F’Settembru tas-sena l-oħra, ntbagħtet ittra biex tgħid lin-nies dwar il-proċess taċ-ċensiment.
L-informazzjoni saret permezz tal-internet, bit-telefon, setgħa jimtela b’tablet u anki permezz kwistinarju tradizzjonali dak tal-karta.