- TQASSIM TAL-IKEL TAĦT l-ISKEMA ‘DISTRIBUZZJONI TAL-IKEL FINANZJATA MILL-ISTAT’
Għall-ewwel darba fl-istorja socjali ta’ pajjizna l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali nieda skema, fejn se jkun qed jitqassam ikel direttament u esklusivament finanzjat mill-Gvern Malti. Bl-għan ta’ din l-iskema jkun li jintlaħqu aktar nies li jeħtieġu din it-tip ta’ għajnuna.
Din l-iskema se tkun qed tmur lil’hinn minn għajnuna materjali iżda se tkun qed toffri s-sapport biex dawn il-persuni joħorġu mix-xibka tal-faqar.
L-introduzzjoni ta’ din l-iskema se tkun qed tara li jintlaħqu aktar nies, nies li se jkunu qed igawdu minn prodotti ta’ kwalità aħjar meta kkumparat ma’ prodotti tal-ikel li kienu jiġu provduti mill-Unjoni Ewropea.
PAKKETT TAL-IKEL | KRITERIA | TOTAL TA’ PERSUNI LI SE JIBBENEFIKAW |
1 | Persuna waħda li tgħix weħidha | 10,945 |
2 | Żewġ persuni fid-dar | 5,074 |
3 | Tliet persuni fid-dar | 2,362 |
1&3 | Iktar min tliet persuni fid-dar | 1,109 |
Permezz ta’ din l-iskema se jkunu qed igawdu madwar ghoxrin elf familja (19,490). It-tqassim ta’ dan l-ikel se jsir minn 30 post differenti.
Bħalma sar fit-tqassim tal-FEAD (Fund for European Aid to the Most Deprived), li huwa fond li jipprovdi ikel mill-Unjoni Ewropea lil dawk in-nies li l-aktar huma mċaħħda, se jintalab il-kunsens lil min ser jibbenefika min din l-iskema biex il-Gvern mhux biss jiprovdi l-pakkett tal-ikel – iżda joffri l-għajnuna għall-problemi li l-persuna jew familja tkun qed taffaċċja biex tingħata għajnuna b’mod effettiv.
Diġa’ gew organizzati korsijiet fic-Centri tal-LEAP fuq temi relattati mat-trobbija aħjar tat-tfal; budgeting; tisjir b’ikel bnin; u uzu għaqli tal-energija fid-djar biex dawn il-persuni jingħataw l-għajnuna neċċessarja biex ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. Dawn il-familji jiġu ukoll infurmati dwar korsijiet oħra fil-komunita’ fosthom il-kors ‘Għaqal id-Dar’ imniedi mill-istess Ministeru għall-Familja u Solidarjetà soċjali.
It-qassim sew tal-FEAD kif ukoll ta’ din l-iskema minn fondi Nazzjonali (SFFD) qiegħed se jsir mill-Fondazzjoni Għall-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali. Fit-tqassim ta’ din l-iskema b’fondi nazzjonali ser ikun hemm ‘l fuq minn 100 persuna involuta sabiex ikun assigurat li l-ħidma tat-tqassim issir b’effiċjenza.
Ġie mwaqqaf ukoll Call Centre għal perjodu tat-tqassim sabiex tingħata assistenza, sew qabel, waqt u wara tqassim.