Waqt purċissjonijiet fil-festi Maltin, normalment naraw irġiel libsin ta’ fratelli. Din is-sena, għall-ewwel darba, f’Birkirkara ser ikunu qed jakkumpanjaw lill-irġiel in-nisa wkoll.
Erba’ żgħażagħ nisa se jiehdu il-professjoni ta’ frattelli wara li tul is-sena attendew ghall-funzjonijiet u purcissjonijiet kollha. B’hekk se jiffurmaw parti mil-fratellanza tas-sagrament kif ukoll dik ta’ San Gużepp.
Tkellimna ma’ Pawlu Muscat rettur tal-fratellanzi ta’ Sant’ Elena, li spjegalna kif fuq il-karta nisa dejjem kien hemm, iżda bil-fatti kien jiġri mod ieħor.