Għall-ewwel darba f’pajjiżna, qed jiltaqa’ l-Kumitat Eżekuttiv tal-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trejd Unjins.
Kumitat li minbarra l-eżekuttiv ċentrali li jmexxih, huwa magħmul minn delegati minn kull trejd unjin fl-Ewropa.
Għal-laqgħat organizzati f’Malta illum u għada, qed jattendu mal-mitejn delegat eżekuttiv li jirrapreżentaw firxa sħiħa ta’ ħaddiema minn kull settur.
Il-Kumitat ġie Malta b’aġenda, u s-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, Josef Bugeja, spjega li fost it-temi diskussi, hemm il-European Pillar of Social Rights, id-direttiva dwar il-postings of workers, digitalisation u l-iskilss cards.
Il-General Workers Union qed tħares lejn dawn il-jumejn bħala opportunità biex tressaq ’il quddiem l-ideat tagħha għall-aqwa ftehimiet għall-ħaddiema Maltin.