Għall-ewwel darba, iċ-Ċensiment li sar fil-21 ta’ Novembru 2021 wera li f’pajjiżna kien hawn iżjed irġiel milli nisa. Fil-fatt, kien hemm 270,021 raġel (52% tal-popolazzjoni) u 249,541 mara.
Mir-rapport finali taċ-Ċensiment, li ħareġ illum, jirriżulta li meta sar l-aħħar ċensiment Malta kellha popolazzjoni ta’ 519,562. Dan ifisser li, f’seklu, il-popolazzjoni aktar minn irduppjat u fl-aħħar 10 snin kibret b’aktar minn 100,000.
Malta tibqa’ wieħed mill-aktar pajjiżi li għandhom densità għolja ta’ popolazzjoni fl-Unjoni Ewropa, b’1,649 resident għal kull kilometru kwadru.
L-età medja tal-popolazzjoni kienet 41.7 snin. Fil-każ tal-Għawdxin, l-età medja kienet ta’ 43.8 snin, kemxejn ogħla mill-medja ta’ 41.5 snin tal-Maltin.
Iċ-ċensiment sab ukoll li wieħed minn kull ħame residenti f’pajjiżna kienu barranin, b’total ta’ 115,449 persuna mhux Maltija.
Ritratt: Unsplash/Helena Lopes