Għall-ewwel darba l-Għaqda tal-Abbatini Maltin ġiet mitluba mill-Preseminarju tal-Vatikan biex fil-Milied 2018 tibgħat abbatini Maltin jaqdu fil-Quddiesa li jsir fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.
Dun Frans Bonnici, direttur tal-Għaqda abbatini Maltin laqa’ bil-ferh din l-istedina. Hekk ukoll l-abbatini u l-ġenituri tagħhom kienu ferħanin li l-abbatini jilqgħu din l-istedina.
Grupp ta’ abbatini bħalissa qegħdin fil-Vatikan għas-servizz liturġiku u nhar il-ġimgħa grupp ieħor jmur il-Vatikan għall-ġranet ta’ qabel u wara l-Ewwel tas-sena.
Fil-Lejl tal-Milied l-abbatin kienu preżenti għall-Quddiesa ta’ Nofs il-lejl u lejlet l-Ewwel tas-sena l-abbatini Maltin se jieħdu sehem fil-Għasar li jagħmel il-Papa b’ringrazzjament lil Alla għas-sena li għaddiet.
F’Malta ma jonqsu qatt żgħażagħ kattolici li joffru lilhom innfushom għas-servizz tal-Knisja Universali.
Hija ħaġa sabiħa li l-għadd ta’ adolexxenti u żgħażagħ li lesti joffru dan is-servizz qiegħed dejjem jiżdied.