Għall-baġit 2017 il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija qed titlob għadd ta’ inċentivi fiskali li jvarjaw minn dawk marbuta mal-proprjetà għal oħrajn marbuta mal-ħolqien tal-impjiegi.
Fost proposti ewlenin li tressqu lill-gvern hemm li ma titħallasx taxxa tal-boll fuq xiri ta’ proprjetà f’Għawdex u dan għal sena sħiħa. Proposta li qed issir għaliex skont il-Kamra l-effett tal-miżura tal-first time buyers ma kelliex f’Għawdex is-suċċess li kellha f’Malta.
Bit-turiżmu f’Għawdex jikber ukoll il-Kamra trid ‘tax holiday’ ta’ għaxar snin għal lukandi ġodda f’Għawdex ta’ erba’ stilel jew iktar u li għandhom iktar minn mitt kamra. Iridu wkoll li ma titħallasx taxxa tal-boll fuq bejgħ ta’ art jew proprjetà biex jinbdnew dawn il-lukandi.
Iridu wkoll li tinstab żona fejn isir theme park u semmew żona f’Ta’ Xwejni bħala soluzzjoni li tista’ tkun tajba.
Fost proposti oħra hemm ‘half tax holiday’ ta’ dak li jitħallas f’Malta għal intrapriżi li jimpjegaw iktar minn 25 persuna f’oqsma bħal servizzi finanzjarji u teknoloġija tal-informatika. B’inċentiv simili għandu jingħata lill-ħaddiema għal ħames snin bil-kamra tgħid: “Inutli jkollna x-xogħol jekk ma jkollniex il-ħaddiema.”
Proposti oħra huma marbuta mal-Gozo Channel fejn iridu sistema ta’ biljetti aħjar u iktar frekwenti. Fost għadd ta’ proposti oħra ma setax jonqos li tissemma l-mina bejn Malta u Għawdex fejn iridu iktar studji.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/08/Budget-Proposals-2017.pdf”]