Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kompla jdur fuq in-nies ta’ George Pullicino biex jagħmel il-ħatriet tiegħu.
Din id-darba kellu jinnomina rappreżentant fuq il-bord tal-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent u mar għal Chris Ciantar.
Dan kien Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ George Pullicino f’mumenti li l-eks Ministru Nazzjonalista ma kienx nieqes mill-kontroversja.
Iżda, Ciantar jibqa’ magħruf mhux biss bħala ħaddiem taċ-ċivil iżda bħala bniedem qrib l-eks Ministru u l-Partit Nazzjonalista.
Hu kien wieħed mill-ewlenin fit-tfassil tal-politika ambjentali tagħhom f’uħud mill-iktar mumenti kontroversjali fit-tfassil tal-politika ambjentali ta’ pajjiżna.
Bl-effett ta’ wħud mid-deċiżjonijiet għadu jinħass sal-lum f’applikazzjonijiet li saru possibbli b’deċiżjonijiet ta’ dakinhar.
Fil-fatt, fi żmien li Gvern Nazzjonalista kien estenda ż-żoni ta’ żvilupp, Ciantar kien Direttur għall-Politika Ambjentali tal-pajjiż u eventwalment kien promoss għal Segretarju Permanenti.
L-għażla ta’ Ciantar mhix kumbinazzjoni għax Bernard Grech għandu ieħor ta’ George Pullicino jiġbed l-ispag fid-Dar Ċentrali bl-isem ta’ Ray Bezzina.
Dawn kienu lkoll nies parti mid-deċiżjoni li meded kbar ta’ art jiddaħħlu fiż-żona tal-iżvilupp u ma jibqgħux ODZ.
Issa Bernard Grech irid lilhom jieħdu ħsieb l-ambjent.