Il-ħnieżer li nstabu fiċ-Ċirkewwa issa jinsabu għall-adozzjoni.
Dawn huma l-istess ħnieżer li ftit tal-jiem ilu sar rapport dwarhom u dwar il-kundizzjoni li kienu qed jgħixu fiha. Wara r-rapport saru spezzjonijiet mid-Direttorat tar-Regolazzjoni Veterinarja fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent fejn intqal li l-ħnieżer kienu qed jinżammu fi spazju ta’ tliet ikmamar u bitħa, u li l-post kien miżmum nadif b’aċċess tajjeb għall-ilma. Madankollu, l-ispezzjoni sabet ukoll li l-ħnieżer ma kinux iċċippjati.
L-istqarrija fakkret li skont il-liġi, persuni li jrabbu l-ħnieżer għandhom ikunu identifikati biċ-ċippa li toħroġ mingħand veterinarju. Sid il-ħnieżer għaraf dan in-nuqqas, u ebda azzjoni mhu se tittieħed fil-konfront tiegħu. Il-liġi tgħid ukoll li żewġt iħnieżer biss jistgħu jinżammu f’sit wieħed, fattur li jista’ jiġi fis-seħħ sa sena wara li dawn ir-regolamenti jkunu nfurzati. Għalhekk, is-sid jista’ jirregola l-pożizzjoni tiegħu f’ħin stabbilit.
Kien għalekk li issa dawn il-ħnieżer jinsabu għall-adozzjoni sabiex minflok jinqatlu, kif kien inizjalment maħsub li se jsir, issa qed jistennew familja li lesta tħobbhom.
Kull min hu interessat biex jadotta ħanżir jista’ jagħmel kuntatt mal-għaqda Animal Liberation Malta permezz ta’ messaġġ fuq Facebook.
Id-Direttorat fakkar li mill-5 ta’ Settembru li ġej, persuna li ma tobdix dawn ir-regolamenti tista’ teħel sa’ €11,500 multa.