Liquorish se jkun qed jirritorna minn April 2024 fuq ONE biex jiċċelebra l-għoxrin sena mill-bidu tiegħu b’edizzjoni speċjali. Filwaqt li ġa bdew il-preparamenti għall-edizzjoni tas-sena d-dieħla, għalissa kollox se jibqa’ mistur fuq dak kollu li qed jiġi ppreparat minn wara l-kwinti għal din l-edizzjoni.

L-avventura ta’ Liquorish kienet bdiet f’Ottubru 2004 bl-ewwel 6 parteċipanti jmorru t-Tajlandja. Sena wara sena telgħu aktar minn 200 parteċipant biex jagħmlu l-avventura ta’ Liquorish li dejjem issir aktar diffiċli.
Minn hawn u ftit ġimgħat oħra, it-tim ta’ Liquorish se jibda jiżvela ftit ftit dak li se naraw minn April 2024 fuq ONE flimkien ma’ Andrea Cassar.
