Fil-każ tal-allegat abbuż skola l-Ħamrun, huwa allegat li hemm involuti tfal taħt l-erbatax-il sena u anke jekk -aħħar snin kien hemm bidla l-liġi, li tneħħi minn fuqhom ir-responsabbiltà kriminali, dan ma j ssirx li jgħadduha lixxa jekk kemm-il darba jinstab li kisru l-liġi u l-fatt abbużaw.
Illum każi bħal dawn ikunu indirizzati bħala każi soċjali, u l-intervent ma jkunx wieħed kriminali iżda wieħed ta’ riforma. Ikkuntattjat mill-gazzetta KullĦadd, avukat l-kriminal ikkonferma li l-idea mhijiex li t-tfal li jinvolvu ruħhom l-kriminalità jgħadduha lixxa.
Iżda l-ħsieb hu li ma jiġux trattati mis-sistema ta’ ġustizzja kriminali iżda mis-sistema ta’ ħarsien soċjali. F’Malta għandna s-sistema tal- ħarsien soċjali u l-possibilità ta’ ħruġ ta’ Care Orders dwar dawn it-tfal. Dan filwaqt li l-Kodiċi Kriminali jitkellem b’mod ċar dwar ir-responsabbiltà li tinġarr mill-ġenituri. Biex hekk il-liġi ma tfissirx li min għandu taħt l-erbatax-il sena jista’ jagħmel li jrid mingħajr ħadd ma jġorr il-konsegwenzi.
Intant, il-Pulizija ssoktat bl-investigazzjoni tagħha b’rabta mal-każ tal-iskola sekondarja l-Ħamrun, fejn tfajla qed tallega li kienet abbużata fil-klassi, fil-preżenza tal-għalliem.
Saħansitra l-ewwel każ li sar rapport dwaru instiga persuni oħra, li wkoll għamlu numru ta’ allegazzjonijiet, bil-Pulizija tkellem minn tal-inqas erba’ persuni oħra li wkoll qed jgħidu li saru avvanzi mhux xierqa l-konfront tagħhom.
Fl-aħħar sigħat l-għalliem tal-arti għadda l-ħin ikun interrogat id-depot wara li l-Pulizija arrestatu mid-dar tiegħu. L-istess Pulizija li fl-aħħar jiem dehret kontinwament l-iskola tistħarreġ il-każ u tqalleb dokumenti fil-klassi tal-għalliema.Il-każ qed ikun mistħarreġ b’kawtela kbira wkoll minħabba n-numru kbir ta’ minuri involuti kemm fuq in-naħa tal-vittmi kif ukoll tal-akkużati.
Kienu ħafna dawk li kkummentaw u filwaqt li bniedem jibqa’ innoċenti sakemm jitressaq, il-Ministru tal-Edukazzjoni qal li ma jkunx aċċettabbli jekk jirriżulta li hemm abbuż. L-Union tal- Għalliema wkoll qalet li dan hu każ li jrid jiżviluppa, iżda sostniet li tispera li dan mhux xi każ ta’ frame up.