Il-preżentatur tar-radju Emanuel Cuschieri dalgħodu spiċċa vittma tal-maltemp li qed jolqot lil pajjiżna hekk kif xi ġebel minn ħajt li waqa’, spiċċaw fuq il-karozza personali tiegħu.

”Bonġu iebes għalija. Appena nidħol fil-karozza biex immur ONE għall-programm, bil-maltemp jaqa’ ħajt fuq il-karozza tiegħi. Imma xorta d-dover tiegħi lejkom, nagħmlu bħas-soltu. Anke jekk ma tantx għandi moħħ, xorta se nagħmel il-programm. Is-servizz lejn il-Partit Laburista dejjem jirbaħ”
Emanuel Cuschieri, preżentatur tar-radju

Is-Sur Cuschieri rringrazzja pubblikament lil min wasslu l-istazzjon ONE biex iżomm l-appuntament tiegħu bħal kull nhar ta’ Ġimgħa mas-semmiegħa ta’ ONE Radio 92.7fm