Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li għalissa mhux se jsiru attivitajiet tal-massa, inkluż il-festi.
Waqt il-bullettin mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, il-Professur Gauci qalet li bħalissa l-pandemija għadha magħna u għalhekk pajjiżna jrid jibqa’ kawt u mhux possibbli jiċċelebra l-festi b’mod tradizzjonali.
Sostniet li l-attivitajiet tal-massa jżidu r-riskju li jinxtered il-virus.
Intant kelliem għall-Kurja qal lil ONE News li l-Knisja timxi mal-indikazzjonijiet li jagħtu l-awtoritajiet tas-saħħa f’dan il-każ.