Inċident tat-traffiku żgħir jidher li rriżulta fi traffiku kbir fejn kważi staġnat triq.
It-traffiku qiegħed joħnoq in-niżla fejn hemm il-lukanda tal-grupp DB iżda jibqa’ għaddej sal-pompa tal-petrol tal-Mellieħa.
Fl-inċident kienu nvoluti żewġ karozzi iżda ma jidhirx li weġġgħu nies u lanqas kien hemm xi implikazzjonijiet serji.