Disa’ riċerkaturi u intraprendituri bbenefikaw minn €100,000 bejniethom. Dan bħala parti mill-fondi TAKE OFF li huwa bbażat fl-Universita’ ta’ Malta. Il-preżentazzjoni tal-fondi saret waqt ċerimonja tas-‘Seed Fund Awards’ li għaliha attenda l-ministru għall-ekonomija, investiment u intrapriżi ż-żgħar, Chris Cardona flimkien mar-Rettur tal-Universita’ ta’ Malta, l-Professur Alfred Vella.
Dan il-fond kien maqsum f’żewġ kategoriji, dik tal-istart ups (negozji ġodda) u oħra għall-prova tal-kunċett. Kienu b’kollox 36 tim li applikaw għal dan il-fond u li minnhom 14 intgħażlu bħala finalisti.
Fil-kategorija tal-prova tal-kunċett hemm Professuri li jaħdmu l-Universita’ u li qed jippruvaw joħorġu prodott mir-riċerka li jagħmlu. Fost dawn hemm proġett bil-għan li jiżviluppa testijiet biex jiddistingwu bejn ċerti tipi ta’ kanċer tas-sider u jinformaw dwar it-terapija meħtieġa. Fost ir-rebbieħa fil-kategorija tal-istart-ups, jiġifieri ta’ dawk li għandom idea u jridu jiżviluppawha bħala negozju, hemm il-proġett ‘Photon Malta’ .
https://www.youtube.com/watch?v=yfOVOnyzchk