Id-deputat Nazzjonalista, Hermann Schiavone, iddikjara fil-parlament li għalih jeżisti biss żwieġ wieħed dak bejn raġel u mara.
Fil-Parlament qal li l-ebda liġi mhi se tbiddilu din il-fehma anke jekk qal li l-parlament għandu jirregola kull sitwazzjoni. Herman Schiavone bbaża l-argument tiegħu dwar kif bl-Unjoni Ċivili diġa’ daħal il-kunċett taż-żwieġ.
Iżda, fl-istess ħin Hermann Schiavone tkellem ukoll dwar l-att kif propost mill-gvern. “Kellu raġun l-Onorevoli Puli li qal li din hi liġi komunistà,” qal Hermann Schiavone.