Din it-tradizzjoni bdiha l-Papa Benedittu XIV (Prospero Lorenzo Lambertini) fl-1750 meta f’dik is-sena l-Knisja Kattolika kienet qed tiċċelebra l-“Anno Santo”.
Benedittu XIV kien ikkonsagra l-Kolossew “Flavio” għall-Passjoni ta’ Kristu u anke għall-memorja tal-eluf ta’ martri li mietu fih fl-era tal-imperaturi Rumani.
Allura l-Papa edifika salib tal-ġebel fin-nofs tal-Kolossew u bena saħansitra l-erbatax-il stazzjoni tat-tbatija mal-ġenb tal-Kolossew fis-Salib iżomm iċ-ċentralita’ ta’ dan il-bini Ruman.
Papa Lambertini kien jikteb il-meditazzjonijiet għal din il-Via Crucis mit-tagħlim tal-Padri tal-Knisja tal-ewwel sekli.Din it-tradizzjoni qaddisa kellha waqfien ħesrem fl-1870 meta minħabba l-unifikazzjoni tal-Italja l-ispirtu tal-lajċiżmu ma ppermettiex li din it-tradizzjoni tkompli titwettaq kull sena.
Tlett snin qabel il-konkordat bejn l-Italja u s-Santa Sedef l-1926, il-Gvern Taljan immexxi minn Benito Mussolini kien ippermetta li s-Salib jerġa’ jitwaħħal fil-ġenb tal-Kolossew.
Il-Via Crucis fil-Kolossew reġgħet bdiet issir b’mod normali fl-1964 fil-Pontifikat ta’ Pawlu VI anke jekk għal darba Gwanni XXIII wettaqha fl-1959. Fl-1964 ir-RAI kien ittrasmettiha “Eurovisione”.
Kien fl-1977 li r-RAI ttrasmetta din iċ-ċerimonja “Eurovisione” għall-ewwel darba bil-kulur.
Tul il-pontifikat ta’ Pawlu VI kien l-istess Papa li jikteb il-meditazzjonijiet għal din iċ-ċerimonja reliġjuża.
San Gwanni Pawlu “Il-Kbir” daħal fix-xena fil-Ġimgħa Mqaddsa tal-1979 u sal-1982 baqa’ juża l-meditazzjonijiet ta’ Pawlu VI.
Fl-1983 dawn il-meditazzjonijiet kienu nkitbu minn Papa Wojtyla.
Fl-1984, fis-sena li l-Knisja Universali kienet qed tiffesteġġja s-Sena tar-Redenzjoni l-Papa kien iddeċieda li dawn il-meditazzjonijiet kellhom jibdew jinkitbu minn kittieba, artisti jew sportivi distinti.
L-uniku darba li din il-Via Crucis kienet ippreseduta minn Kardinal kienet dik tal-25 ta’ Marzu 2005 tmint ijiem qabel il-mewt tal-Papa Gwanni Pawlu II.
Dakinhar il-Papa kien marid wisq sabiex iwettaq dak ir-rit. Allura sejjaħ lil-forċina prinċipali tiegħu l-Kardinal Joseph Ratzinger li għal tlieta u għoxrin sena kien servih bħala Prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi. F’dik l-era l-Kardinal Joseph Ratzinger kien ukoll id-Dekan tal-Kulleġġ Kardinalizju.
Dakinhar Papa Wojtyla segwa kollox minn monitor fil-kappella privata tieghu fil-Palazz Appostoliku. Ghal ftit sekondi l-camera tal-fotografiku qabditu wkoll jaghnnaq u jbus is-salib sewdieni li kien zamm tul dan ir-rit.
Wieħed irid jgħid li għar-rit tal-Via Crucis l-Papa jkun f’nofs ir-Rumani mhux bħala Papa iżda bħala Isqof tagħhom. Allura nigħd jien kif il-Papa ma kienx sejjaħ lill-Vigarju Ġenerali tiegħu għal Ruma l-Kardinal Camillo Ruini għal dak ir-rit meqjus “Ruman”?
Tgħid Papa Wojtyla dakinhar kien qed jara lil dak li kellu jissuċedieh sa ftit ġimgħat wara?