Skoperta ġdida tista’ tispjega aħjar għaliex in-nies sfortunatament qed jimirdu iżjed bil-kanċer. Dan qaluh grupp ta’ xjentisti mit-Trinity College f’Dublin fejn saħqu li jeżistu ċelloli fil-ġisem li huma distruttivi ġaladarba l-ġisem innifsu jkollu ħxuna żejda.
Dawn iwasslu biex joħolqu l-kanċer li huwa tant distruttiv fuq wiċċ id-dinja. L-aktar problema tibqa’ l-obesità wara t-tipjip.
Fl-Ingilterra, 22,800 każ ta’ kanċer huma relatati mal-obesità. Dawn ix-xjentisti jisħqu dwar l-importanza tal-eżerċizzju fiżiku.