Mistoqsija li spiss jistaqsu n-nies li jkunu jafu b’xi ħadd li għaddej minn problema tad-droga. Mhix faċli li twieġeb din il-mistoqsija għal bosta raġunijiet.
Hemm min jaħseb li għax wieħed irid jew bi qżież. Imma s-sitwazzjoni mhix hekk. L-ewwelnett irridu nżommu f’moħħna li d-droga hija ‘addictive’; ġaladarba taħkmek ma tkunx tista’ tieqaf anke jekk trid tieqaf. Trid iż-żmien biex tieħu l-proċess tiegħek. Tant hu hekk, li meta jitwieldu trabi minn omm li tkun tabbuża mid-droga, ukoll ituhom dożi apposta biex ma jaqtghulhiex f’daqqa għaliex il-ġisem jirreaġixxi.
Ikun hemm nies li jieħdu d-drogi; dawk li jissejħu ‘users’ li jibku biex jieqfu imma ma jkunux jistgħu. Ikunu fix-xifer u ma jistgħux jagħmlu mod ieħor. Għalhekk l-isbaħ u l-aqwa deċiżjoni huwa li qatt ma tieħu darba.
Fost nies li kienu jieħdu droga u llum waqfu, teżisti l-frażi popolari li: Darba huwa ħafna u ħafna mhux biżżejjed. Dan għaliex meta tieħu droga, tieħu kemm tieħu qatt m’hu biżżejjed u tkun trid iżjed minħabba li hija addictive, allura l-aħjar ma tmiss xejn.
Huwa tajjeb li tkompli tinħoloq kuxjenza dawr id-droga ħalli ngħinu lil nies li għaddejjin minn din il-pjaga, flok nittimbrawhom għaliex tant kemm ikunu fi stat li jħossuhom ‘down’ nies hekk, li kważi meta ntuhom titli bħal dawn, inkunu qed inġieghleuhom jieħdu iżjed.