Meta l-Erbgħa Andrew Mangion, ir-raġel mixli b’ qtil volontarju ta’ Eleonor Walker Mangion, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, ħafna li forsi mhux midħla tal-liġi staqsew għaliex. L-iktar wara li kien ta ruħu b’idejh.
Iżda prinċipju legali li jgħidulek kull avukat, u li dwaru tkellimna mal-avukat Stefano Filletti, hu li meta fil-qorti persuna twieġeb ‘ħatja’ tkun qed taċċetta l-akkużi tal-prosekuzzjoni kif inhuma, bla riżervi.
Kif spjegalna f’ dan is-servizz, l-avukat fil-qasam kriminali Stefano Filletti.
L-avukat Stefano Filletti fakkar kif huwa prinċipju fundamentali li sakemm tingħata s-sentenza tal-qorti, kull akkuzat għandu jitqies bħala innoċenti.
Dan jgħodd ukoll għal mezzi tax-xandir li għandhom joqgħodu lura milli jinfluenzaw lill-pubbliku li għada pit għada jistgħu jissejħu biex ikunu ġurija.