F’ritratt li tella’ mill-Parlament, il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook qal kif “għalaqna l-jum b’laqgħa oħra mar-rappreżentanti tal-istudenti tal-MCAST.”
Dan wara li aktar kmieni llum tħabbar , kif l-MUT issospendiet id-direttivi imposti dwar l-għoti tal-marki tal-eżamijiet fl-MCAST u l-ITS.
Ftit tal-jiem ilu wkoll l-Prim Ministru ltaqa’ ma’ numru ta’ studenti tal-MCAST li pprotestaw dwar is-sitwazzjoni b’rabta mal-marki tal-eżamijiet tagħhom.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima.
f