Statistika ppublikata mill-Eurostat tindika żewġ affarijiet fejn jidħol is-settur tal-ICT u pajjiżna.
L-aħbar tajba hi li Malta hija l-aktar pajjiż Ewropew fejn dawk fis-settur għandhom inqas minn 35 sena. Infatti, 65% tal-ħaddiema fis-settur huma żgħażagħ. Warajna hemm il-Latvija, Polonja u Litwanja. Minn naħa l-oħra, fl-Italja l-ammont huwa biss 24% u fil-pajjiżi Nordiċi t-tendenza hi li dawk fl-ICT għandhom aktar minn 35.
L-aħbar inqas tajba hi li m’hemmx wisq nisa fis-settur. Infatti 88% ta’ dawk fis-settur tal-ICT huma irġiel. B’hekk Malta hi fost l-ogħla pajjiżi fejn hemm dominanza maskili fis-settur. Qablina hemm biss Slovakia u r-Repubblika Ċeka.