Hilton Hotel ta’ Malta sabet ruħha fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda (UNHCR). Dan għax serviet ta’ eżempju bħala post tax-xogħol li jadotta prattiċi tajba ta’ integreazzjoni ta’ refuġjati, inkluż l-ingaġġ tagħhom.
Il-ġimgħa li għaddiet, kienet organizzata attività mill-UNHCR b’kollaborazzjoni ma’ Hilton Hotel, fejn kienu diskussi prattiċi tajba fejn jidħol l-impjieg. Kienu diversi dawk l-entitajiet mistiedna, fosthom Jobs+. Persuni li jaħdmu fl-ospitalità qasmu l-esperjenzi tagħhom u saru tours madwar il-lukanda, fl-istess waqt li din kienet qed tagħmel eżerċizzju ta’ ingaġġar ta’ ħaddiema.
L-Aġenzija tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda (UNHCR) hawn Malta tieħu ħsieb li torganizza inizjattivi bħal sessjonijiet ta’ konsultazzjoni. Hawn l-Aġenzija tikkonsulta dwar ħidmietha fl-integrazzjoni ta’ dawn il-persuni.