Mhix biċċa xogħol faċli. Anzi, trid saħħa fenomenali. Din hi t-tip ta’ saħħa li għandu Tony Farrugia, li qed idawwar dan il-filmat biex juri li qed jipprepara għal nhar il-Ħadd li ġej.
Nhar it-12 ta’ Marzu se ssir attività b’risq it-tfal morda bil-kanċer u Puttinu Cares. Farrugia se jkun qed jagħti wirja bħala parti mill-“All German Car Show in Aid of Puttinu”, li se ssir fil-pjazza tal-Mellieħa bejn id-09:00 u s-13:00.
Dan huwa eżempju ta’ kif it-talenti li jkollok, f’dak il-każ saħħa kbira, tista’ tintuża għal għan tajjeb…l-intenzjoni kollox!