Il-Malta Industrial Parks is-sena l-oħra neqfet €234,685 f’xogħol ta’ manutenzjoni f’aktar minn 13-il żona industrijali f’Malta u Għawdex.
Tagħrif moghti mill-Ministru għall-Ekonomija, Chris Cardona, għall-mistoqsija ta’ Claudio Grech, juri li dis-somma hija aktar mid-doppju minn dik minfuqa fl-2014, jiġifieri €100,304. Fl-2013, intefqu €167,133 u fl-2012 intefqu €225,104.
Is-sena l-oħra, l-akbar somma ta’ €56,671 intefqet fiż-żona industrijali tax-Xewkija. Wara kien hemm dawk ta’ Kordin (€54,139),ta’ Ħal Far (€42,591), ta’ San Ġwann (€18,334), ta’ Ħal Safi (€18086) u ta’ Ħal Luqa (€16,356).