Dalgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, iddefenda għal kollox l-għażla tal-power station tal-BWSC li taħdem bil-heavy fuel oil.
Fi kliem Simon Busuttil din il-power station tant kienet tajba li ddeskriviha “bħala magna Ferrari.”
Mistoqsi dwar is-suġġett l-għada li kien żvelat kif il-partit nazzjonalista fil-gvern, partikolarment l-eks Ministru George Pullicino, bidel ir-regoli biex il-BWSC jiffrankaw għoxrin miljun ewro u jkun jista’ juża l-HFO Busuttil kien ċar ħafna.
“Għandna track record biex niftaħru fuq il-BWSC,” qal Simon Busuttil li żied jgħid li l-“BWSC suppost kienet fabbrika tal-kanċer.”
B’hekk Simon Busuttil baqa’ jiddefendi l-għażla tal-partit nazzjonalista favur il-heavy fuel oil; l-iktar żejt li jniġġeż. Anke jekk dokumenti żvelati juru li l-esperti tal-Enemalta kienu qalu li lanqas għall-Afrika ma kienet tajba l-power station tal-BWSC.