Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-attentat iddisprat tal-Partit Nazzjonalista biex jipprova jiġbor ġieħu mal-komunità LGTBIQ wara li għal snin twal fil-Gvern dawwar wiċċu għal problemi li din il-kommunità kienet taffaċċja u ta l-ġenb għall-drittijiet li llum huma taken for granted, wara li l-Gvern implimenta liġi wara oħra tant li konna deskritti bħala pajjiż li huwabeacon of hope, il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliema tiegħu qed jipprova joħloq issue u jippolitiċizza l-kwistjoni taż-żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess meta m’hemm l-ebda kwistjoni.
Il-PL qal li jekk verament l-Oppożizzjoni ta’ Simon Busuttil kienet temmen li għandu jkun hemm żwieġ bejn koppji tal-istess sess, allura ma kellha qatt tasstjeni fil-liġi tal-Unjoni Ċivili li hija eżattament at par maż-żwieġ. Il-kwistjoni kollha fid-drittijiet ċivili għal Simon Busuttil hija biss materja ta’ konvenjenza u mhux konvinzjoni u dan huwa fatt indiskutibbli.
Tassew l-Oppożizzjoni m’għandiex mistħija biex dawret mistoqsija li saret lill-Ministru Dalli – waqt konferenza Ewropea li b’tant sagrifiċċju orġaniżżaw ġenituri ta’ persuni gay – f’gidba politika partiġġjana. Simon Busuttil ikompli juri li fuq kollox lest li jigdeb, sostna dan il-Partit Laburista.
L-istqarrija temmet tgħid li tagħmel tajjeb li jekk fl-aħħar l-Oppożizzjoni rat id-dawl fuq drittijiet ċivili wara li damet tant snin fid-dlam, ma tippruvax idawwar f’ballun politiku dak li l-Gvern ilu jitkellem fuqu mill-bidu, li dwaru hemm impenn ċar u qbil.