Issa li bdiet l-iskola, importanti l-ħin dedikat għal homework, studju u qari, importani raqda tajba biex it-tfal iqumu mimlija enerġija, u importanti wkoll l-ikel li jieklu. Skont artiklu tal-esperta fid-dieta Emer Delaney, dan l-ikel għandu potenzjal jgħin lit-tfal jikkonċentraw u jmorru ferm aħjar fl-istudji akkademiċi:
Il-bajd
Ingredjent imsejjaħ choline huwa essenjzali fl-iżvilupp tal-moħħ. L-isfar tal-bajda mimli minnha, minbarra l-proteini, ħadid, folate u l-Vitamina A.
Ħut żejtni
Mimli omega-3 – tajjeb immens għall-iżvilupp u s-saħħa b’mod ġenerali. Dan huwa l-aktar tip ta’ xaħam li jinsab preżenti fil-moħħ. Studji juru anke li kapaċi jgħin jikkontrolla ċertu imġieba diffikuultuża, u l-abità fil-qari.
Ċereali, ħafur u ħobż ‘wholegrain’
Mimlija karbojdrati, dawn jipprovdu l-glucose, li huwa fuel neċessarju għall-moħħ. Fihom anke l-vitamina B, li hija essenzjali għal dik li tissejjaħ in-‘nervous system’. Studji wrew li tfal li ħadu kolazzjon mimlija b’dan it-tip ta’ ikel kellhom aktar memorja u attenzjoni.
Fażola
Kidney beans b’mod partikolari għandhom aktar omega-3 minn tipi ta’ fażola oħra. L-enerġija li l-ġisem jikseb minnhom tintuża mill-ġisem bil-mod il-mod.
Ħalib, yogurt u ġobon
Mimlija proteini u vitamina B, neurotransmitters u enżimi – ilkoll ingredjenti tajba għal moħħ b’saħħtu. Dan minbarra l-kalċju, li huwa essenzjali għall-għadam u s-snien.
Nafu kemm huwa diffiċli kultant iġġiegħel lit-tfal jikkoperaw fl-ikel. Madanakollu llum l-internet joffri minjiera ta’ ideat u possibiltajiet eċitanti – bl-ingredjent ewlieni jibqa’ wieħed: il-paċenzja!