Għal sena oħra, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa nieda l-attivitajiet ta’ Milied Mellieħi.
Dawn l-attivitajiet ser isiru fil-15, 17 u 19 ta’ Diċembru 2021.
Is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella rringrazzja lill-Ministeru li permezz tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali nieda skema proprju biex il-Kunsilli Lokali jingħataw fondi specifici biex jerġgħu jagħtu l-ħajja l-festi tal-Milied. Fil-fatt, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kkwalifika għas-somma sabiħa ta’ €23,000.
Għal din it-tnedija attenda l-Ministru għall-Wirt Storiku, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera u diversi Għaqdiet Melliħin u baned li se jieħdu sehem f’dawn l-attivitajiet.
Dawk li ser jattendu għal dawn l-attivitajiet se jkunu bilqiegħda minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija. Għaldaqstant kull min hu interessat li jattendi għandu jċempel l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fuq 21521333 ext. 17 jew jibgħat email fuq mellieha.lc@gov.mt.