Il-kampanja ‘Welcome All’ se tipprometti li l-postijiet tax-xogħol jew minn fejn aħna nieħdu xi servizz ta’ kuljum ikunu rikonoxxuti bħala spazji li jilqgħu lil kulħadd.
Il-kampanja tnediet it-Tnejn mid-Direttorat Għad-Drittijiet tal-bniedem u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, L-MTA. Hawnhekk ġie spjegat li jekk intrapriża jew servizz jirrispetta kriterji stipulati għall-għan tal-kampanja, jingħataw rikonoxximent f’forma ta’ timbru li tfassal apposta għal din il kampanja. Fost il kriterji hemm li l-kumpanija tirrispetta u tagħti appoġġ lil persuni LGBtIQ. Il-Ministri Helena Dalli u Konrad Mizzi, li kienu preżenti għat-tnedija, qalu li din il-kampanja kienet il- pass li jmiss lejn pajjiż aktar ġust u inklussiv issa li din il-faxxa tas soċjetà issa hija protetta mill liġi u mill politika ta Malta.