“Battikata li ta’ kull ħmistax trid titla’ l-isptar tal-kanċer jew qabel Boffa biex jitnaddaf il port-a-cath. Skariġġ. Mhux dejjem stajt nitla’ bil-karozza tiegħi, għandek ġurnata barra kull ħmistax, għall-intervent li jdum nofs siegħa kollox. Issa qed ninqeda fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Bormla, ħames minuti bogħod għalija.”
Dan kien il-kumment ta’ pazjent li għadda mill-marda tal-kanċer iżda li għad għandu l-port-a-cath, apparat viċin sidru li minnu kien jieħu t-terapija tal-kanċer. Saviour Vella jgħix Ħaż-Żabbar u li jmur Bormla għalih għamlet differenza kbira. Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne spjega mal-gazzetta KullĦadd kif dan it-tindif tal-porth-a-cath, fil-pazjenti li m’għadhomx jieħdu l-kura, qi – għed isir fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Birkirkara u Bormla, biċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat se jibda joffri wkoll dan is-servizz fil- ġimgħat li ġejjin.
Is-servizz fiċ-Ċentri tas-Saħħa qiegħed jiġi mogħti l-Ħdud permezz ta’ appuntament li jingħata bejn it-tmienja ta’ fil – għodu u nofsinhar. Minn meta beda s-servizz f’April tas-sena l-oħra fiċ-Ċentru ta’ B’Kara, in-numru ta’ manutenzjoni ta’ port-a-caths li saru ġewwa dan iċ-Ċentru huwa ta’ 309. Filwaqt li f’Bormla minn Jannar ta’ din is-sena, in-numru ta’ manutenz – joni ta’ port-a-caths li saru minn Jannar sa Marzu huwa ta’ 43.
“Fl-aħħar xhur grazzi għall-kollaborazzjoni bejn entitajiet differenti tas-saħħa wassal biex pazjenti bil-porth-a-cat jinqdew aħjar fil-komunità. Fil-komunità qegħdin jingħataw servizz dawk il-pazjenti li m’għadhomx jieħdu trattament tal-kanċer, filwaqt li dawk li jkunu fuq trattament għadhom jingħataw dan isservizz mill-Isptar tal-Onkoloġija minħabba li jista’ jkun hemm tibdil fit-trattament,” spjega l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne.
Fis-sala tal-kura ta’ matul il-jum u l-klinika tat-teħid tad-demm għall-manutenzjoni tal-port-acath fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo jkun hemm madwar 65 każ fil-ġimgħa. Iżda biex nifhmu aħjar it-tbati – ja li kienu qegħdin jgħaddu minnha dawn il-pazjenti għand – na nifhmu aħjar x’inhu l-port-acath u għal xiex jintuża.
X’inhu l-port-a-cath?
Il-port-a-cath huwa apparat impjantat għall-aċċess taddemm mill-vini li jiġi imdaħħal taħt il-ġilda fil-kaxxa tas-sider waqt operazzjoni, b’loppju ġen – erali. Huwa rrakkomandat ħafna li pazjenti tal-onkoloġija jkoll – hom port-a-cath għax huma jirċievu kors ta’ trattament fuq medda ta’ xhur u b’hekk ikollhom bżonn aċċess venuż għal tul ta’ żmien. Billi l-pazjenti tal-onkoloġija jista’ jkollhom aċċess batut għall-vini, il-porta-cath joffri mezz ta’ aċċess fil-vini fit-tul mingħajr il-bżonn li l-pazjent jiġi mtaqqab spiss.
Il-port-a-cath jippermetti li l-pazjent jirċievi mediċina parenterali bħall-kimoterapija, fluwidi u nu – trizzjon, trasfużjonijiet ta’ prodotti tad-demm kif ukoll joffri mezz faċli ta’ kif jittieħdu kampjuni tad-demm mingħajr il-bżonn li jittaqqab il-pazjent.
Kif jintuża?
Il-port-a-cath hu magħmul minn tubu flessibbli mdaħħal fil-ġisem (catheter) u riser – va żgħira, b’septum magħmul mis-silikon li jista’ jiġi mtaqqab b’labra, ħafna drabi, qabel malport-a-cath ikollu bżonn jiġi sostitwit.
Għalhekk dan jista’ jibqa’ impjantat għal numru ta’ snin. Qabel u wara li jkunu rċevew it-trattament indikat, l-aċċess talport-a-cath isir skond linji gwida stabbiliti.
Kif issir il-manutenzjoni tal-port-a-cath waqt u wara t-trattament?
Biex jiġi assigurat li ma jinstadx, il-port-a-cath jiġi perjodikament imlaħlaħ b’likwidu b’persentaġġ ta’ ħeparina. Din il-proċedura hi magħrufa bħala heparin lock.
It-tlaħliħ tal-port-a-cath isir wara kull trattament jew proċedu – ra. Meta ma jkunx qiegħed jiġi intużat, it-tlaħliħ ta’ manutenzjoni (flushing and maintenance) isir kull 15-il ġurnata għal kull pazjent bil-port-a-cath. Wara li l-kors tat-trattament ikun komplut, il-port-a-cath ikun irid jibqa’ jiġi mlaħlaħ; dan jista’ ma jitneħħiex għal xhur jew snin sa kemm ikun hemm bżonn.