Kumpanija Spanjola qed tbiddel il-mod li bih nafu l-inbid, b’sorpriża kulurita.
“Gïk Blue” huwa l-isem li ngħata lil inbid ta’ lewn blu li jħallat inbid aħmar ma’ abjad, pigments organiċi u togħmiet, biex ir-riżultat hija xarba ħelwa b’lewn xokkanti, li min tgħoġbu u min le.
Għall-Ispanjoli, il-produzzjoni tal-inbid hija xi ħaġa li tittieħed b’serjetà kbira. Aritz López, il-moħħ wara l-inbid blu, qal li Gïk kien proġett li tah pjaċir kbir, xtaqu jbidlu l-mod normali kif isir l-inbid, u minn hemm jaraw x’jiġri. Riedu jkunu innovattivi u jibdew rivoluzzjoni – u għaliex ma jibdewx mill-industrija tal-inbid?
L-unika problema kienet li López ma kien jaf lil ħadd b’esperjenza fil-produzzjoni tal-inbid, għalhekk qabbdu nies mill-Università tar-reġjun Bask. Grupp ta’ inġiniera speċjalizzati fil-kimika qattgħu xejn inqas minn sentejn jaħdmu biex in-natura ngħaqdet mat-teknoloġija, u ħareġ prodott blu.