Mr. Whippy Racing din is-sena qed jieħu sehem fl-NHRA Top Alcohol Drag Racing f’California.
S’issa kien staġun ta’ suċċess, b’riżultati tajba li kkwalifikaw lit-tim Malti fil-finali f’numru ta’ okkażjonijiet.
Issa jistgħu jgħodduha b’waħda. Fred Hanssen tan-Norveġja kien involut f’ħabta inkredibbli li tistgħu taraw fil-filmat. Dan waqt it-tieni sessjoni ta’ kwalifikazzjoni tas-serje Lucas Oil Drag Racing fi ħdan il-finali tal-Auto Club NHRA.
Il-karozza ta’ Hanssen tilfet il-kontroll eżatt kif Bugeja tal-Whippy Racing għadda minn ħdejh. Hanssen mess il-ħajt tal-ġenb qabel waqaf fuq ġenb tal-karozza. Hanssen ħareġ mill-karozza waħdu, f’sensieh.
Li hu żgur hu li għal ftit ma kienx se jkun hemm it-tim Malti involut.